GĦALIEX
GĦANDEK TIVVOTA

Edukazzjoni


Skambji tal-Erasmus għall-istudenti

9 miljun student użaw il-programm ta’ skambju tal-Erasmus biex jistudjaw barra. Jekk int student fl-edukazzjoni ogħla, tista’ tikseb għotja tal-Erasmus biex tqatta’ semestru jew sena akkademika f'pajjiż ieħor. Waqt dan il-perjodu, il-krediti li taqla’ hemm jgħoddu għall-kors tiegħek, ikollok ċans tagħmel ħbieb ġodda, titgħallem lingwa ġdida, ma tħallasx għat-tagħlim addizzjonali u jkollok għotja ta’ flus biex tkopri ftit mill-ispejjeż.

Skond l-istatistiċi, l-istudenti tal-Erasmus għandhom tendenza li jsibu xogħol malajr wara li jiggradwaw. Hemm ċans ukoll li issib l-imħabba ta’ ħajtek! Hemm ukoll studju li jgħid li hemm aktar minn miljun ġuvni u tfajla fuq proġetti tal-Erasmus.

Taqra aktar.


L-ebda soprataxxa għat-tagħlim

Il-moviment liberu jfisser li int liberu li tistudja fi kwalunkwe stat membru tal-UE bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta’ dak l-istat. Allura pereżempju jekk sibt programm universitarju tajjeb ħafna f'pajjiż ieħor, tħallas l-istess tagħlim bħall-kollegi tiegħek minn dak il-pajjiż. Mhux minn dejjem kienet hekk, u studenti minn barra l-UE xorta jħallsu miżati ta’ tagħlim ħafna ogħla miċ-ċittadini tal-UE meta jistudjaw fl-UE.

L-UE qed taħdem ukoll biex tiżgura li d-diplomi akkademiċi kollha jiġu rikonoxxuti bejn il-fruntieri.

Taqra aktar