GĦALIEX
GĦANDEK TIVVOTA

Xiri


Xiri Online

Li wieħed jakkwista l-affarijiet li jrid mill-kumdità ta’ daru hi xi ħaġa pjuttost vantaġġjuża. Madankollu, l-affarijiet jistgħu jkunu delikati aktar minn hekk – jekk libsa li tordna ma tkun tidher xejn bħar-ritratt jew inkella l-oġġett ordnat ikun difettuż. Ħabat tajjeb li għandek id-drittijiet. Jekk prodott ma jiġix ikkunsinnat fi tletin ġurnata, għandek id-dritt li tikkanċella l-ordni. Int tista’ tirritorna xi ħaġa li tkun xtrajt online fi żmien erbatax-il jum minn meta tirċeviha, mingħajr ma tagħti l-ebda raġuni. Barra minn hekk, il-garanzija legali fuq il-prodotti kollha hija ta’ sentejn.


L-UE issa qed taħdem fuq xi regoli ġodda li se jidħlu fis-seħħ fil-ftit snin li ġejjin. Il-bejjiegħa mhux se jkunu jistgħu jkollhom prezzijiet differenti online għal pajjiżi differenti kif ukoll l-ispejjeż għoljin tal-kunsinna ma tantx għandhom appoġġ fl-istituzzjonijiet tal-UE.

Taqra aktar


Agħraf x’hemm fl-ikel tiegħek

Meta tmur fil-ħanut tal-konvenjenza tiegħek u tara prodott li jkun fih ħafna kaloriji, tista’ ssib l-informazzjoni nutrittiva fuq il-pakkett stess. Il-produtturi għandhom jelenkaw l-ingredjenti u l-informazzjoni nutrittiva skont ir-regoli tal-UE. Din il-proċedura ma kinitx fis-seħħ qabel.

Barra minn hekk, stqarrijiet relatati man-nutrizzjoni magħmula minn kumpaniji tar-reklamar, għandhom ikunu sostnuti b’fatti xjentifiċi u mhux minn persuni ingaġġati mill-kummerċjalizzazzjoni.

Taqra aktar