GĦALIEX
GĦANDEK TIVVOTA

Volontarjat Barra l-Pajjiż


Servizz Volontarju Ewropew

Jekk trid tieħu pawża minn dak li qed tagħmel jew jekk l-għażliet fid-dar mhumiex daqshekk kbar bħalissa, il-volontarjat barra l-pajjiż definittivament għandu jkun fuq l-aġenda tiegħek. Dan ifisser li ikollok esperjenza ta’ xogħol, tgħix f'pajjiż ieħor għal xi ftit u tiltaqa' ma’ nies fantastiċi. Barra minn hekk, ix-xogħol li twettaq se jkun ta’ benefiċċju għan-nies u l-komunitajiet fejn tkun se taħdem.

Jekk issir voluntier Ewropew tal-Korp ta’ Solidarjetà, l-UE tkopri l-ispejjeż tal-għajxien, tal-ivvjaġġar u tal-assigurazzjoni tiegħek, kif ukoll flus x’tonfoq. Ta’ dan, int taħdem bejn xahrejn u 12-il xahar biex tappoġġja proġetti mmexxija minn organizzazzjonijiet non-governattivi, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, awtoritajiet lokali u reġjonali.

Taqra aktar


Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE

Jekk tħobb tgħin lill-oħrajn, li ssir voluntier tal-għajnuna tal-UE jista’ jkun post tajjeb minn fejn tibda. Permezz ta’ dan il-programm tista’ tipprovdi għajnuna umanitarja lill-komunitajiet affettwati minn diżastri f'pajjiżi bħall-Haiti jew il-Kolombja.


Waqt li tkun voluntier, l-akkomodazzjoni, l-ivvjaġġar, l-assigurazzjoni u l-allowance ta’ kull xahar tiegħek ikunu koperti. Għall-perjodu 2014-2020, hemm 4,000 post disponibbli fil-programm.

Taqra aktar