GĦALIEX
GĦANDEK TIVVOTA

Vjaġġar


Tivvjaġġa madwar l-UE

Madwar 15-il miljun ċittadin tal-UE jgħix fi stat membru ieħor. Ħafna minna jmorru f’pajjiż ieħor tal-UE għall-vaganzi. Jekk għandek karta tal-identità nazzjonali, lanqas biss għandek bżonn ta’ passaport biex tivvjaġġa. Flimkien ma’ dan, fiż-żona ta' Schengen lanqas m'għandek għaliex tistenna fil-kju għall-kontrolli fuq il-fruntiera.

Taqra aktar.


Vjaġġar barra l-UE

Jekk ikollok xi diffikultà xi mkien barra mill-UE u pajjiżek m'għandux ambaxxata hemmhekk, tista’ tmur l-ambaxxata ta’ stat membru ieħor tal-UE biex tikseb l-għajnuna. In-nies hemmhekk jgħinuk daqslikieku int wieħed miċ-ċittadini tagħhom. Tajjeb ferm għal dawk il-pajjiżi żgħar li m’għandhomx rappreżentanti mad-dinja kollha.

Taqra aktar.


Titjiriet orħos, aktar drittijiet

Illum tista’ ssib titjiriet b’€10 imma mhux dejjem kien hekk. Staqsi lill-ġenituri tiegħek. It-titjiriet kienu għall-għonja u l-famużi. L-UE għamlet bidliet fil-liġijiet, kisret il-monopolji u żiedet il-kompetizzjoni bejn il-linji tal-ajru. Storja twila fil-qosor - biljetti tal-ajruplan irħas!
Sir af aktar

Madankollu, it-titjir jista’ jkun uġigħ ta’ ras xi kultant. Meta jċaħħduk milli titla’ fuq l-ajruplan, jikkanċellawlek it-titjira jew din tiddewwem, inkella jintilfulek il-bagalji jew issirilhom il-ħsara? Il-liġi tal-UE tkoprik. Pereżempju, jekk qed tivvjaġġa mill-Portugall għall-Olanda u l-ajruplan tiegħek ikollu dewmien twil ikkawżat mil-linja tal-ajru, il-linja tal-ajru trid tkopri l-ikliet tiegħek, l-akkomodazzjoni tiegħek tal-lejl u jkollok kumpens ta’ €400.
Taqra aktar.


Tariffi ordinarji tar-roaming

Fl-2017 it-tariffi tar-roaming fl-UE ġew eliminati. Dan ifisser li qed tħallas l-istess prezz għal sejħiet, sms u użu tad-data fuq il-mowbajl tiegħek meta tivvjaġġa f'pajjiż ieħor tal-UE daqslikieku qiegħed f’pajjiżek.

M’għandekx għalfejn tistenna li tidħol lura l-lukanda jew issib xi żona bil-WiFi biex ittella’ r-ritratt li ħadt waqt il-vaganza tiegħek fuq is-siti soċjali! Intlift fil-belt li kont qed iżżur? Iftaħ l-app tal-mapep u sib triqtek mingħajr il-biża’ ta’ xi kont għoli jew li se tibqa’ mitluf.

Taqra aktar.