GĦALIEX
GĦANDEK TIVVOTA

Ugwaljanza


Ebda diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza jew l-etniċità

Trattament ugwali irrispettivament mir-razza jew l-etniċità tiegħek huwa wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-UE. Fl-impjiegi, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, l-aċċess għall-prodotti u servizzi – kulħadd irid jiġi ttrattat l-istess.

Barra minn hekk, huwa wkoll illegali li persuni jagħtuk fastidju abbażi tar-razza jew l-etniċità tiegħek, jew li jinċitaw lill-oħrajn biex jiddiskriminaw kontra tiegħek, anke jekk huwa online.

Jekk tiġri xi ħaġa bħal din, il-liġi tipprovdi mekkaniżmi biex tirreaġixxi u tikseb il-ġustizzja mill-qrati.

Taqra aktar


Drittijiet tal-LGBTI

Il-liġi tal-UE tipprojbixxi diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess jew l-orjentazzjoni sesswali, speċjalment fuq il-post tax-xogħol. L-UE qed taħdem sabiex tespandi dan fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-aċċess għall-akkomodazzjoni.

Madanakollu, il-liġi nazzjonali hija dominanti fuq kwistjonijiet bħad-dritt li tiżżewweġ, tidħol fi sħubija ċivili, tadotta t-tfal, tibdel is-sess, eċċ. Huwa għalhekk li r-regoli jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor.

Anke jekk uħud mill-pajjiżi tal-UE ma jirrikonoxxux żwieġ tal-istess sess, fl-2018 il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet li jekk koppja tiżżewweġ f’pajjiż tal-UE fejn dan huwa possibbli, pajjiżi oħra tal-UE għandhom tal-anqas jirrispettaw id-drittijiet ta’ residenza tal-koppja li jridu jgħixu flimkien fit-territorju tagħhom.

Taqra aktar hawn u hawn.


Nisa fuq il-post tax-xogħol

Il-liġi tal-UE tipproteġi lin-nisa mid-diskriminazzjoni u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol. Madankollu, aktar ma tmur ’il fuq fil-ġerarkiji, l-anqas li għandek issib huma lin-nisa. Barra minn hekk, għandek firxa wiesgħa t’industriji li huma diffiċli għan-nisa biex jidħlu fihom – mill-kostruzzjoni u s-sajd sal-ICT, il-finanzi u l-politika.

L-UE tinkoraġġixxi aktar ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol billi tiffinanzja proġetti li jappoġġjaw lin-nisa biex jinvolvu aktar irwieħhom f’setturi dominati mill-irġiel. Tippromwovi wkoll proċeduri ta’ għażla trasparenti, politika nazzjonali t’ugwaljanza u mekkaniżmi oħra li jgħinu lin-nisa jilħqu l-potenzjal professjonali tagħhom.

Taqra aktar


Kif għandek tgħix b’diżabilità

Aktar minn sebgħin miljun ċittadin tal-UE jgħixu b’diżabilità li tagħmilha diffiċli għalihom li jagħmlu l-affarijiet li l-maġġoranza tan-nies jagħmlu b’mod leġġer.

L-UE tiffoka fuq l-eliminazzjoni ta’ ostakoli li jipprevjenu persuni b’diżabilità milli jimpenjaw ruħhom mas-soċjetà u jipparteċipaw bis-sħiħ – mill-aċċessibilità għall-oġġetti u s-servizzi għall-edukazzjoni u l-impjiegi.

Pereżempju ġew stabbiliti diversi affarijiet biex jiżguraw li persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jgawdu d-dritt tagħhom għall-ivvjaġġar ħieles. Il-karta tal-parkeġġ għad-diżabilità tista’ tintuża fil-pajjiżi kollha tal-UE. U jekk qed tivvjaġġa bix-xarabanks jew bil-ferroviji għal distanza twila, int intitolat li jkollok kumpanija mingħajr ħlas u assistenza matul ir-rotta tiegħek.

Taqra aktar hawn u hawn